Lokali

Maratona b’donazzjoni ta’ €10 fuq NET FM illum

Illum il-Ħamis, is-7 ta’ Frar, il-President Emeritu u Eks-Prim Ministru u Kap tal-Partit Nazzjonalista Eddie Fenech Adami jagħlaq 85 sena.

Fost ix-xogħol imprezzabbli li wettaq Eddie Fenech Adami kemm dam Kap tal-Partit Nazzjonalista u Prim Ministru ta’ Malta kien hemm il-ġlieda għal-libertà u d-demokrazija kif ukoll il-mixja ta’ Malta għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea.

Għal din l-okkażjoni llum fuq NET FM is-semmiegħa ta’ dan l-istazzjon jistgħu jagħtu donazzjoni ta’ €10 biex jagħtu l-awguri u jirringrazzjaw lil Eddie Fenech Adami għal dak kollu li wettaq għal pajjiżna u għall-Partit Nazzjonalista.

Is-semmiegħa ta’ NET FM jistgħu jċemplu matul il-ġurnata kollha fuq in-numru 51602003.