Il-kunsill Lokali ta’ Ħal Lija għamel ħiltu sabiex iżomm sħiħ kontra l-irwiefen li ħalliet warajha t-tmexxija precendeti. Hekk stqarret is-Sindku ta’ Ħal Lija, Magda Magri Naudi waqt attivita’ fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista ta’ Hal Lija.
Hija tkelmet kif bħala Sindku, dejjem ħadmet sabiex ir-raħal jinżamm nadif, kontijiet ikunu imħallsa kollha filwaqt li saru aktar proġetti għar-raħal.
Is-Sindku ta’ Hal Lija esprimiet id-dispjaċir tagħha minħabba li qed tiġi mwiegħda affarijiet minn naħa tal-Gvern fosthom tranġar fit-toroq…. u dawn mhux qed isiru.
Dawk prezenti kienu ndirizzati mill-kelliema tal-Oppożizzjoni fuq proġetti kapitali, ippjanar u l-propjeta’ Marthese Portelli illi spjegat kif il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern kommess illi jagħti riżultati aħjar mill-Gvern preżenti. Hi spjegat kif l-Partit Nazzjonalista se jwaqqaf dak li hu ħażin u jistradah fuq ir-rotta t-tajba.
Il-laqgha f’Hal Lija kienet indirizzata mix-Shadow Minister għas-Saħħa Stephen Spiteri illi insista li dan is settur għandu jahseb f’kulħadd.
Fakkar fit-tul ta’ żmien li wieħed qed ikollu jistenna sakemm jiehu appuntament, fejn bħalissa hemm mas- 60 elf pazjent f’waiting lists; uħud minnhom ilhom aktar minn sena jistennew.
//= $special ?>
