Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

BĦAL-LUM SITT SNIN ILU: Wirt tal-PN li għadna ngawduh

Il-jum kien il-Ġimgħa 8 ta’ Frar. Il-ġurnata kienet bħal-lum meta sitt snin ilu Gvern Nazzjonalista kien akkwaista pakkett enormi ta’ flus mill-UE li għadna ngawduhom sal-lum.

Dak iż-żmien, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien innegozja b’suċċess pakkett ta’ kważi €1.2 biljun – flus illi marru biex saru toroq ġodda, investiment qawwi f’Għawdex, proġetti ta’ restawr, proġetti għas-settur turistiku, immodernizzar fl-isptarijiet, programmi edukattivi u skambji għaż-żgħażagħ, inizjattivi fil-qasam tar-riċerka u ħafna aktar.

Dan il-pakkett ta’ flus illi ġab għal pajjiżna Gvern Nazzjonalista se jagħlaq is-sena d-dieħla.

Fil-fatt, bħalissa għaddejin in-negozjati fuq il-finanzjament tal-UE għas-seba’ snin li ġejjin bit-tama li nerġgħu nakkwistaw l-istess tip ta’ pakkett jew aħjar!

Jidher li n-negozjati bejn il-Gvernijiet se jagħlqu sa tmiem din is-sena.

Fi żmien Lawrence Gonzi, in-negozjati kienu ħadu proċess twil u diffiċli immens, anke għaliex saru fl-eqqel tal-kriżi ekonomika globali. Iżda xorta l-PN kien kapaċi jġib pakkett aħjar ta’ flus għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.