Lokali

Id-Dwana tipprepara għal żieda fix-xogħol hekk kif joqrob il-Brexit

Iseħħ b’liema mod iseħħ, Brexit se jkun ta uġigħ ta’ ras għad-Dwana.

Stqarr dan id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tad-Dwana Joseph Chetcuti meta kien il-mistieden tal-Breakfast Show ta’ Net Television, Net AM.

Joseph Chetcuti spjega kif ir-Renju Unit, dmet li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, għall fini tad-dwana jiġi meqjus bħala pajjiż terz jew pajjiż li mhux membru tal-Unjoni.

Hu qal li dan se jissarraf f’żieda qawwija fix-xogħol għad-dipartiment…. dan għaliex il-passiġġieri li jivvjaġġaw bejn Malta u r-Renju Unit,  kif ukoll kull importazzjoni u esportazzjoni li sseħħ bejn iż-żewġ pajjiżi trid tagħaddi mill-iskrutinju tad-Dwana Maltija.

Joseph Chetcuti qal li bejn iż-żewġ pajjiżi jivvjaġġaw  ‘il fuq minn elf ruħ kuljum, u kull ġimgħa jkun hemm mal-25 trailer groupage, 30 container full load, u mal-5000 pakkett bil-courier….li jissarfu f’madwar 5000 dikjarazzjoni ġdida.

Id-direttur tad-Dwana qal li fi sforz sabiex d-dipartiment ikun preparat ġew ingaġġati uffiċċjali ġodda u sar xogħol fuq us-sistemi tal-kompjuter, iżda wera t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-ajruport mhux preprata għall Brexit

Joseph Chetcuti temm jgħid li d-Dwana qed tagħmel dak kollu li tista’ biex tilqa’ għal dawn il-problemi qabel  iseħħ il-ħruġ tar-Renju Unit mill-blokk Ewropew.