Lokali

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo b’ammissjoni tal-falliment tal-Gvern fl-edukazzjoni

Evarist Bartolo bi kliemu stess jammetti l-falliment tal-Gvern fl-Edukazzjoni, igiddeb lill-MUT u jipprova jxejjen il-preokkupazzjonijiet reali tal-edukaturi…

Hekk kif ftit tal-jiem ilu l-MUT tkellmet dwar ‘kollass imminenti fis-sitema edukattiva’, il-Ministru pprova jagħti l-impressjoni li dan hu kollu kjass fil-vojt…

L-MUT kienet stqarret dan wara serje ta’ inċidenti fl-iskejjel, fosthom, żieda fl-abbuż fuq edukaturi, iffullar fil-klassijiet u nuqqas serju ta’ spazju fl-iskejjel, nuqqas ta’ riżorsi materjali u nuqqas ta’ għalliema.

Net Newss staqsa lill-Ministru tal-Edukazzjoni dwar kif jista jaċċetta, li f’dak li suppost huwa l-aqwa żmien, li l-istudenti tagħna qed jitpoġġew f’kontejners minflok fi klassijiet.

Skont rapporti li dehru fil-media il-Gvern ser ikollu jkompli b’dawn il-miżuri li issa m’ghadhomx temporanji ….u jżidhom f’aktar skejjel madwar Malta.  Dan qed jiġri, kif qal il-Ministru stess, sforz iż-żieda drastika fil-poplazzjoni. Żieda li kienet fil-pjan tal-Gvern… iżda li l-istess Gvern naqas li jħejji għaliha f’diversi setturi, fosthom fil-housing, fis-saħħa u fl-edukazzjoni…

Staqsejna wkoll lill-Ministru dwar dak li qal il-President tal-MUT Marco Bonnici rigward il-fatt li għadd kbir ta’ edukaturi qed ikunu anzjużi u beżgħana fuq il-post tax-xogħol tagħhom..  Ir-reazzjoni tal-Ministru kienet din..

Il-Ministru pprova jxejjen il-preokkupazzjoni tal-edukaturi li ta kuljum qed ikollhom jaffaċċjaw sitwazzjonijiet xejn faċli fl-iskejjel u l-istituzzjonijet edukattivi.

Meta mbagħad ikkwotajna l-istatistika li ħarġet l-MUT ftit tax-xhur ilu u li qalet li 9 minn kull 10 edukaturi ġew abbużati b’xi mod fl-aħħar sentejn fuq il-post tax-xogħol, il-Ministru prova jgiddeb din l-istatistika…

Intant, fi stqarrija maħruġa mill-Kelliem għal-Edukazzjoni Clyde Puli …il-Partit Nazzjonalista qal li s-settur edukattiv jinsab fi kriżi minħabba Gvern bla pjan.  Dan hu evidenti anke mill-miżuri li kellu jieħu l-Gvern biex joħloq klassijiet temporanji

L-istqarrija tgħid li flok jhedded bil-pensjonijiet, il-Gvern għandu jara li minnufih ifassal pjan konkret kif se jindirizza d-diffikultajiet tal-għalliema.

Il-Gvern għandu wkoll jieħu b’serjetà l-bini ta’ skejjel ġodda fl-aħjar interess tal-edukaturi u tal-istudenti.