“Bit-treġġigħ lura tal-ftehim dwar l-art f’San Ġiljan, il-Gvern Laburista llum ammetta li dak li tant saħaq fuqu mhuwiex fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin. L-irtirata tal-Gvern hi ammissjoni fiha nnifisha li dan il-ftehim hu mnawwar u jinten.”, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal dan f’konferenza tal-aħbarijiet dwar l-aħbar li l-Gvern Laburista qed jirtira l-mozzjoni fil-Parlament li kienet se tgħaddi art pubblika kbira għall-bejgħ lil privat.
Fil-konferenza stampa, Adrian Delia fakkar x’qal il-Prim Ministru Joseph Muscat nhar il-Ħadd li għadda meta qal li dan kellu jkun ftehim meħtieġ għall-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta. F’ħamest ijiem, il-Prim Ministru kellu jaqleb kliemu stess u kellu jammetti li dan il-ftehim kien ħażin u jirtirah. Adrian Delia staqsa: x’ġara minn nhar il-Ħadd li għadda?
Il-Gvern Laburista kellu jdoqq l-irtirata ffaċċjat mill-qawwa ta’ dawk li qed jopponu l-għoti ta’ art pubblika tant kbira f’żona strateġika għall-qligħ privat. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista kien fuq quddiem ta’ din l-oppożizzjoni. Dan il-ftehim tħabbar apposta qabel il-Milied biex il-Gvern jgħaddih – mingħalih – inkiss inkiss, imma l-Oppożizzjoni sigħat biss mit-tħabbira qalet mill-ewwel li kienet se topponih.
Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jopponi l-ftehimiet tal-Gvern Laburista li jmorru kontra l-interess pubbliku, inkluż id-deal mal-Vitals li bih tliet sptarijiet pubbliċi ngħataw għal €1 biss lil kumpanija fantażma bla ebda esperjenza fis-servizzi tas-saħħa.
//= $special ?>