Lokali

Ir-realtajiet tas-settur tan-negozju

L-Assoċjazzjoni tan-Negozji Żgħar u Medji il-GRTU ħabbret id-dettalji ta’ stħarriġ li għamlet fost 250 negozju ta’ daqs żgħir u medju mifruxa madwar Malta u Għawdex. In-negozji li pparteċipaw ivarjaw fil-prodott li joffru – minn ħwejjeġ, sa affarijiet għad-dar, teknologija, servizzi f’diversi oqsma u oħrajn.

L-istħarriġ, li kien preżentat waqt konferenza tal-aħbarijiet, juri li l-andament tal-bejgħ f’Diċembu li għadda.

53% qalu li l-bejgħ tagħhom baqa’ l-istess, waqt li 21% qalu li naqas.

Minn dan l-istħarriġ, wieħed jinnota li pparaganat mas-sena ta’ qabel, fis-sena 2017, kienu 32% li qalu li l-bejgħ żdied, filwaqt li fis-sena 2018, dawn naqsu ghal 26% . Fi kliem semplici…fuq sena naqsu dawk li qalu li marru tajjeb fil-Milied.

Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu, jew baqgħu l-istess jew il-bejgħ tagħhom mar għall-agħar.

Jissemma wkoll kif il-BlackFriday Weekend affettwa ċ-ċifri, tant li f’Diċembru kellna tnaqqis fil-bejgħ.

L-istħarriġ juri li 51% tan-negozji qalu li l-bejgħ żdied matul l-2018, filwaqt li 17% qalu li naqas u 32% sostnew li baqa’ l-istess. Fatturi prinċipali li waslu għal tnaqqis fil-bejgħ kienu l-kompetizzjoni, iż-żieda fill-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi offruti, kif ukoll ix-xiri onlajn.

22% ta’ dawk intervistati qalu li l-profitt naqas meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li 46% qalu li l-profitt baqa’ l-istess.

Aspett negattiv li qed jesperjenzaw in-negozji hu t-traffiku li qed jaffettwa l-prodott jew servizz li joffru, in-nuqqas ta’ infrastruttura li għandu l-pajjiż u barranin li qed ibigħu prodotti b’mod illegali.

59% qalu li l-aspettattivi tagħhom għal din is-sena hi li jibqgħu l-istess jew li l-bejgħ imur lura.

Tags