Il-famuża 8 Sinfonija taċ-ċelebri Franz Schubert sa fl-aħħar nistgħu ingawduha b’mod komplet. Dan wara li esperti mid-dinja tat-telefonija u l-AI waslu biex komplew din il-biċċa xogħol illi qatt ma kienet lesta, u permezz ta’ smartphone kienu kapaċi jagħlqu din is-sinfonija.
Il-kompożitur Awstrijakk kien beda is-Sinfonija No.8 fl-1822, iżda għal raġunijiet li ħadd ma jafhom din tħalliet nofs leħja.
L-ewwel żewġ moviment ta’ din is-sinfonija – xogħol popolari immens fid-dinja tal-mużika klassika – huma kompleti. Iż-żewġ movimenti l-oħra jinstabu f’biċċiet spezzettati.
Issa, il-kompożitur Lucas Cantor flimkien ma’ esperti fiċ-Ċina irnexxielhom jaslu biex għaqqdu din l-opra ta’ Schubert.
Il-kompożizzjoni l-ġdida ġiet preżentata fl-4 ta’ Frar fil-Cadogan Hall ta’ Londra.
//= $special ?>