Lokali

“Jekk titlef il-prinċipji tiegħek… tbigħ lilek innifsek” – is-Sindku Laburista tar-Rabat

Charles Azzopardi; persuna li ilha tillimita fil-Partit Laburista għal dawn l-aħħar 20 sena, u Sindku tal-Partit Laburista fil-lokalita tar-Rabat għal dawn l-aħħar sitt snin. Illum, il-Partit Laburista ma jridux jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fuq il-lista ta’ kandidati laburisti f’Mejju li ġej.

Hekkk stqarr is-Sinku Laburista tar-Rabat Charles Azzopardi meta kien il-mistieden ta’ Sergio Mallia fil-programm 10Q.

Azzopardi jghid li sar kumplott moqżież kontrih, min-nies tal-istess partit tiegħu; min-nies li kien ħadem magħhom. Qal li llum il-ġurnata l-Partit Laburista m’għadux partit iżda sar moviment…. moviment li telaq ‘il bogħod mill-prinċipji li kienu jsawruh… illum is-suldati tal-azzar inbidlu.

Is-sindku tar-Rabat isostni li l-Gvern ma’ ċerti lokalitajiet jimxi mod u ma’ ċerti lokalitajiet jimxi mod ieħor. Id-diparitment tal-Kunsilli Lokali għamel minn kollox biex lilu u l-kunsill immexxi minnu iżżommu milli jwettaq xgħolijiet oħra, bl-iskuża tad-dejn. Fi kliemu stess, kien hemm skop ċar biex iżommuh millli jaħdem għal-lokalità, b’konsegwenza li jispiċċaw ibatu r-residenti Rabtin.

Azzopardi jgħid li jekk tkun bniedem twajjeb u timxi korrett, postok mhux fil-Partit Laburista.

Charles Azzopardi temm l-intervista b’appell biex in-nies jgħarfu jieħdu d-deċiżjoni, speċjalment fl-elezzjonijiet li se jsiru f’Mejju li ġej.