Futbol Sport

Jones iġedded il-kuntratt ma’ Manchester United

(Ritratt: Getty Images)

Phil Jones se jkun qed jibqa’ ma’ Manchester United wara li ffirma kuntratt ġdid ta’ erba’ snin u nofs li se jżommu mar-Red Devils sa Ġunju tal-2023. Jones li kien ingħaqad ma’ Manchester United mingħand Blackburn fl-2011, għandu l-għażla li jġedded il-kuntratt b’sena oħra.

Wara li ffirma l-kuntratt, Phil Jones qal li l-klabb ilu parti kbira minn ħajtu għal tmien snin u jħobb kollox marbut mal-klabb. Hu saħaq li jinsab ħerqan lejn l-isfidi li Manchester United għandhom hekk kif qed jippreparaw għal perjodu impenjattiv tal-istaġun.

Il-manager temporanju ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer li lagħab lil Jones f’kull logħba li ilu jmexxi t-tim, qal li d-difensur Ingliż dieħel għas-27 sena, dieħel fl-aqwa snin tal-karriera tiegħu u jaf xi tfisser li tkun plejer ta’ Manchester United.