Parti mill-parkeġġ numru 6, l-ikbar parkeġġ riservat għall-istudenti fl-Universita’ ta’ Malta, mill-ġimgħa d-dieħla mhux se jibqa’ disponibbli hekk kif se jibdew ix-xogħolijiet fuq binja ġdida dwar l-għixien sostenibbli.
L-istudenti kienu mgħarrfa l-Ġimgħa waranofsinhar permezz ta’ email. Il-parkeġġ numru 6 jinsab biswit l-entratura prinċipali tal-Universita’ ta’ Malta.
Fl-istess email, tħabbar li se ssir estensjoni ta’ parti mill-parkeġġ numru 10, ta’ fejn il-kumpless sportiv, li parzjalment taghmel tajjeb ghall-parkeġġ li se jintilef.
Wara l-waqfa għall-eżamijiet, il-ġimgħa d-dieħla se jibda t-tieni semestru tas-sena akkademika fl-Universita’ ta’ Malta u l-istudenti se jsibu ma wiċċhom problemi addizzjonali ta’ parkeġġ.
Minkejja diversi inizzjattivi, il-maġġoranza tal-istudenti għadhom jiġu għall-lezzjonijiet bil-karozza, sforz ukoll għall-fatt li s-servizz tal-linja mhux meqjus bħala affidabbli u komvenjenti mill-istudenti.
Minbarra dan, matul Jannar ukoll bdew ix-xogħolijiet fuq ir-residenza tal-istudenti bejn il-kumpless Gateway u l-Isptar Mater Dei. Fil-fatt, l-entratura prinċipali għall-Universita’ ta’ Malta bħalissa tinsab magħluqa ghat-traffiku u l-vetturi qed jidhlu mill-entratura l-antika.
//= $special ?>