Roma rritornaw għar-rebħ hekk kif fi Stadio Bentegodi għelbu lil Chievo 3-0. B’dawn it-tliet punti huma laħqu lil Lazio iżda minħabba li rebħu l-konfront dirett jinsabu qabilhom fil-klassifika.
STEPHAN EL SHAARAWY fetaħ l-iskor wara disa’ minuti meta ġera għal ballun fil-qalba tad-difiża ta’ Chievo, avvanza u minn pożizzjoni angolata rnexxielu jegħleb lil Stefano Sorrentino. Roma rduppjaw fit-18-il minuta b’EDIN DZEKO jirċievi ballun fil-ponta tal-kaxxa l-kbira, avvanza, ġibed il-ballun fix-xellug u għeleb lil Sorrentino b’xutt fil-baxx.
Huma għalqu l-logħba fil-51 minuta bit-tielet gowl. ALEKSANDAR KOLAROV irċieva b’intelliġenza minn Dzeko u fetaħ id-difiża avversarja biex skorja b’xutt fil-baxx.
//= $special ?>