Ritratti li qed jitpoġġew fuq il-media soċjali juru kjuwijiet twal ta’ karozzi jistennew biex jitilgħu l-vapur lejn Għawdex. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa l-bastiment MV Malita ddaħħal għat-tiswijiet.
Is-sitwazzjoni illejla fiċ-Ċirkewwa kienet waħda ta’ kaos sħiħ fejn f’xi ħin lanqas ambulanza ma setgħet taċċessa l-post.
L-Erbgħa irrappurtajna kif minkejja li f’Jannar il-vapur MV Malita waqaf 3 ġimgħat milli jopera minħabba li ntbghat għall-manutenzjoni, l-istess vapur issa qed jerġa’ jitwaqqaf mis-servizz minħabba li għandu ħsarat fil-bieba.
Dan qed ikun ta’ inkonvenjent għal dawk kollha li jagħmlu użu mill-Gozo Channel minħabba li qed jinbidlu ta’ spiss il-ħinijiet tat-tluq tal-vapuri – inkonvenjent mhux biss ghat-turisti li jżuru Għawdex, iżda fuq kollox ghall-mijjiet ta’ Għawdxin illi ta’ kuljum jagħmlu dan it-tragitt bil-baħar.
(Filmat: Daniel Cilia)
//= $special ?>