Wara r-rebħa importanti kontra l-Irlanda, it-tim nazzjonali Ingliż se jilqa’ lit-tim Franċiż fi Twickenham. L-Ingliżi rebħu disa’ mill-aħħar 12-il logħba fis-Six Nations kontra Franza, bil-kowċ nazzjonali Eddie Jones jilqa’ lura lil Chris Ashton u Courtney Lawes.
Il-kowċ nazzjonali Franċiż Jacques Brunel hu tim mibdul li jinkludi nofs il-grawnd ġdid u uċuħ ġodda fuq quddiem, fit-tieni kif ukoll fil-fillieri ta’ wara. Franza dehru resqin lejn rebħa fondamentali kontra Wales meta kienu 16-0 minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima, iżda spiċċaw telliefa 24-19.
Logħba oħra mistennija se tkun dik bejn l-Iskozja u l-Irlanda f’Murrayfield. L-Iskoċċiżi se jidħlu għal din il-logħba fil-quċċata grazzi għar-rebħa ta’ 33-20 fuq l-Italja li wasslet biex kisbu punt żejjed.
L-Irlanda ġejja minn telfa f’darhom ta’ 32-20 kontra l-Irlanda li rebħet l-edizzjoni tas-sena l-oħra. Minkejja li s-Six Nations għadha fi stadju bikri, rebħa għal xi ħadd minnhom tagħti direzzjoni differenti. L-Iskozja tista’ tibqa’ mhux megħluba filwaqt li l-Irlanda terġa’ tqawwi t-tamiet li tirbaħ is-Six Nations għat-tieni sena konsekuttiva.
Wales tittama fit-tieni rebħa konsekuttiva b’dik li tidher l-aktar logħba faċli kontra t-tim nazzjonali Taljan fi Stadio Olimpico. Ir-rebħa drammatika kontra Franza kompliet tgħin fil-moral tat-tim u jekk iridu jirbħu l-edizzjoni ta’ din is-sena, żgur li ma jistgħux ifallu f’din il-logħba.
It-tim nazzjonali Taljan jinsab determinat li jtemm is-sensiela ta’ 18-il telfa konsekuttiva. Wales sadanittant, qed tipprova li tilħaq ir-rekord ta’ kull żmien ta’ 11-il rebħa konsekuttiva, li kien seħħ bejn l-1907 u l-1910.
Six Nations
Illum: Skozja v Irlanda 3.15pm , Italja v Wales 5.45pm
Għada: Ingilterra v Franza 4.00pm
//= $special ?>