Sport Sport Ieħor

Id-debuttant Ugo Du Fosse jimpressjona fil-Premier

(Ritratt: Matthew Tabone)

Rapport: Kenneth Vella

Waqt ir-raba’ laqgħa tal-istaġun li saret ilbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa, ingħata l-bidu għal kampjonat ieħor, dak Assikura għal żwiemel tal-klassi Bronze. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom sittax -il żiemel għaddew għall-finali. Barra dan, il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet mill-ġdid Ugo Du Fosse misjuq minn Chris Vassallo.

Għaxar żwiemel ħadu sehem fit-tiġrija tal-aqwa klassi Premier. Chris Vassallo beda jżid il-pass bid-debuttant Franċiż Ugo Du Fosse dawra mit-tmiem u dan irnexxielu jieħu l-ewwel rebħa f’pajjiżna wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Ugo Des Jacquots (Mario Fenech), Pave The Way (Clint Vassallo) u Tonio Du Vivier (Charles Camilleri).

Saru wkoll żewġ tiġrijiet tal-ponijiet li ntrebħu minn Angel Star (Justin Attard) u Blessed ta’ Michael Casha.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija Klassi Copper Dist – 2640m. 1. Voila Dry (I. Bilocca) Ħin – 3.25.9” (1.18”) 2. Tennesse Tebe (S. Cortis) 3. Alexis Le Grand (K. Galea) 4. Dreamed Victory (J. Zahra)

II Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m 1. Ami Toon’s (D. Gatt) Ħin – 3.19.9” (1.15.7”) 2. Uranus Darche (A. Cortis) 3. Big Ben (C. Camilleri) 4. Apollon De Suce (Ch. Debono)

III Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ugolin Du Rib (R. Gatt) Ħin – 2.47.9” (1.18.4”) 2. Banco Turgot (P. Galea) 3. Calva d’Occagnes (J. Said) 4. White Flame (D. Ellul)

IV Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Duc d’Haufor (R. Magro) Ħin – 2.45.3” (1.17.2”) 2. Ricciola Jet (M. Ellul) 3. Altesse Atout (A. Farrugia) 4. Lillen Sisu (J. Briffa)

V Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dollydoo Laday (R. Gatt) Ħin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Vecteur Winner (N. Baldacchino) 3. A Mon Neveu (B. Debono) 4. Italian Job (D. Grima)

VI Tiġrija Heat Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fakir Haleryd (R. Schembri) Ħin – 2.58.9” (1.19.9”) 2. Bad Boy (C. Camilleri) 3. Seul En Tete (A. Farrugia) 4. Alsace In (D. Ellul)

VII Tiġrija Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Ugo Du Fosse (Ch. Vassallo) Ħin – 3.20.2” (1.15.9”)2. Ugo Des Jacquots (M. Fenech) 3. Pave The Way (C. Vassallo) 4. Tonio Du Vivier (C. Camilleri)

VIII Tiġrija Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. After Visais (N. Baldacchino) Ħin – 3.26” (1.18”) 2. Big Finish (R. Gatt) 3. Ariana Trojborg (C. Camilleri) 4. Bellflower (M. Tanti)