Lokali Qorti

Inċident tat-traffiku jwasslu biex jakkumula sensiela ta’ akkużi

Inċident tat-traffiku waqt li żagħżugħ ta’ 21 sena kien qed jipparkja, wasslu biex jispiċċa l-Qorti ftit tas-sigħat wara jaffaċċja sensiela ta’ akkużi.

Wara l-inċident, Gilbert Testaferrata de Noto kien avviċinat mill-Pulizija u qabad joffendihom. Malli dawn ippruvaw jarrestawh, hu rreżista l-arrest u ħarab mill-post.

Xi ħin wara, il-vettura tiegħu nstabet mill-Pulizija, li fiha sabu wkoll traċċi tal-kannabis. Kien hawn li l-akkużat mar fl-għassa tal-Pulizija u kkopera fl-investigazzjonijiet.

Quddiem il-Qorti, hu nħeles bil-kundizzjoni li jħallas multa ta’ €800 fi żmien sitt xhur.