SLIEMA W………….… 1 ST. ANDREWS……….. 1
Sliema: J. Galea, M. Sansone, S. Biancardi, J. Pearson, J. Mintoff (K. Amehi 62’), K. Shaw, C. Pani, M. Muchardi (O. Elouni 85’), N. Ashong, Y. Marzouk, I. Varela (R. Fenech 72’)
St. Andrews: M. Calleja Cremona, D. Jackson, A. Borg, T. Blagrove, A. Satariano, R. Martin, K. Magro, J. Farrugia, J. Walker (L. Sciberras 86’), M. Woo Ling (A. Friggieri 86’), M. Davis
Imwissija: J. Walker 16’, R. Martin 30’, D. Jackson 69’ (SA), Y. Marzouk 27’, C. Pani 57’ (Sl)
Skorjaw: K. Shaw 4’ (S), M. Davis 64’ pen (SA)
Referee: Philip Farrugia
Assistenti Referees: William Debattista, Mitchell Scerri
Il-Mument Plejer tal-logħba: Younes Marzouk (Sliema Wanderers)
Attendenza: 373
Sliema Wanderers komplew jitilfu aktar punti fit-taqtigħa li jiksbu post fl-Europa League meta sfaw miżmuma 1-1 minn St. Andrews. Dan kien it-tielet draw konsekuttiv u r-raba’ logħba mingħajr rebħa biex b’hekk għadhom ma kisbux it-tliet punti fl-2019.
Sliema għal darba oħra taħt it-tmexxija tal-assistent kowċ Ivan Woods, kienu l-aħjar tim fl-ewwel taqsima iżda ma bnewx fuq il-gowl vantaġġ tagħhom. Dan wassal biex St. Andrews baqgħu fil-logħba u skorjaw fit-tieni taqsima.
Is-Slimiżi fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti meta minn korner ta’ Matias Muchardi, xutt ta’ Younes Marzouk ħabat ma’ KURT SHAW u qarraq b’Matthew Calleja Cremona biex spiċċa fix-xibka.
Erba’ minuti wara Sliema setgħu rduppjaw. Minn kross ta’ Claudio Pani, it-tentattiv ta’ Ignacio Varela ħabat mal-wieqfa. Varela kellu ċans ieħor fid-19-il minuta wara kombinazzjoni ma’ Pani u Marzouk iżda l-attakkant falla minn qagħda ideali. St. Andrews marru viċin il-gowl tad-draw fit-42 minuta meta xutt tal-veteran Joseph Farrugia għadda ftit għoli.
Fit-tieni taqsima, St. Andrews tjiebu fil-logħob tagħhom u fl-64 minuta ngħataw penalty għal fawl ta’ Jonathan Pearson fuq Matthew Woo Ling. MARTIN DAVIS inkariga ruħu u għeleb lil Jake Galea. Matthew Calleja Cremona salva lil St. Andrews fis-87 minuta meta salva fil-ħin xutt ta’ Ryan Fenech li deher destinat li jidħol fix-xibka.
//= $special ?>