Lokali Qorti

Jattakka lill-uffiċjali tal-Pulizija

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Somalu ta’ 35 sena se jibqa’ arrestat wara li offenda lill-uffiċjali tal-Pulizija u ta daqqa ta’ ponn lil wieħed minnhom.

Il-każ seħħ il-Ġimgħa meta l-Pulizija kienu qed jirrispondu għal rapport ta’ storbju fi blokka ta’ appartament fi Triq Patri Feliċjan. Hawn huma sabu lil Hasan Mahoud Fatah fis-sakra u bi flixkun imkisser f’idu.

Meta talbuh biex jirritorna lejn daru bil-kelma t-tajba, l-akkużat minflok qabad joffendi lill-uffiċjali u attakkahom biex b’hekk irrenda lilu nnifsu wkoll riċediv.