Raġel ta’ 62 sena minn Ħaż-Żebbuġ, li saħansitra anke quddiem il-Pulizija hedded lil ibnu wara argument li kellhom, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq numru ta’ kundizzjonijiet.
Kollox beda nhar il-Ġimgħa, meta Mario Galea kellu xi jgħid ma’ ibnu, bl-argument jeskala tant li spiċċa jheddu u f’ħin minnhom saħansitra pponta sikkina lejh u ħareġ il-mus għalih.
Kien hawn li l-iben mar fl-għassa jirrapporta dak li kien għadu kif seħħ. Malli l-Pulizija marru fir-residenza, laqagħhom l-anzjan li wissihom li jekk jara lil ibnu kien se jħanxarlu għonqu.
Galea nħeles mill-arrest anke għaliex l-iben għandu post ieħor fejn jgħix. Hu kien ordnat iħallas depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €250.
//= $special ?>

