Lokali Qorti

Jhedded u jbeżżà lis-sieħba tiegħu

Raġel b’passat ta’ theddid fil-konfront tal-eks tfajla tiegħu ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2,000.

Dan wara li l-Ġimgħa Kyle Micallef ta’ 28 sena minn Birżebbuġa wettaq att ieħor fil-konfront tagħha bl-iskop li jbeżżagħha u jheddida meta waqt li kienet fil-vettura tagħha, Micallef irriversja għal fuqha.

Fost il-kundizzjonijiet imposti fuq Micallef, li wieġeb mhux ħati, hemm li ma jistax javviċina lill-vittma u qraba tagħha kif ukoll li ma jersaqx lejn fejn toqgħod jew taħdem.