Żewġ kokijiet Maltin fil-jiem li ġejjin se jħallu pajjiżna għal esperjenza f’Rimini, fl-Italja, fejn se jkunu qed jikkompetu fil-Global Chefs Challenge.
Brady Dalli se jikkompeti fil-kategorija Global Chef, fejn irid iħejji starter, main course u deżerta għal sitt persuni.
Dan waqt li Sheldon Sammut se jikkompeti għall-Young Chef Challenge fejn irid jipprepara main course u deżertà għal erba’ persuni.
Huma ntagħżlu biex jirrappreżentaw lil pajjiżna wara li rebħu l-kompetizzjoni Chef of the Year organizzata lokalment kull sentejn mill-Malta Chefs Society.
Il-Maltin se jkunu qed jikkompetu ma’ grupp ta’ bejn tmienja u għaxar pajjiżi mir-reġjun tagħna, bejn is-17 u l-20 ta’ Frar.
Jekk jiksbu wieħed mill-ewwel żewġ postijiet fil-kategoriji tagħhom, il-Maltin imbagħad jgħaddu għall-fażi finali fejn jikkompetu ma’ kokijiet minn madwar id-dinja … ilkoll bit-tir li jieħdu t-titlu tal-aqwa kok fid-dinja, li attwalment jinsab għand it-Taljani.
//= $special ?>
