Miżbla ta’ skart f’Ta’ Farsina int u sejjer lejn il-Wied is-Sewda. Dan jidher ċar f’filmat fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Raniero’s Adventures – Live Life fejn fih jidher numru ta’ skart goff mormi bl-addoċċ f’dan il-Wied f’Ħal Qormi.
L-amministratur tal-paġna qal li ltaqa’ ma’ din il-miżbla hu u sejjer bir-rota lejn dan il-Wied. Huwa qal li kultant trid tara b’għajnejk biex temmen l-ammont ta’ skart li hemm fil-widien tagħna.
Huwa qal li dan kollu żgur mhux naturali, iżda huwa biss magħmul mill-bnedmin.
//= $special ?>