Lokali

Residenza maħkuma minn duħħan f’San Ġiljan

Ħadd ma weġġa’ f’inċident domestiku fi Triq Giorni f’San Ġiljan, dan hekk kif residenza privata nħakmet minn duħħan.

Nies fil-qrib qalu li għall-ħabta tas-7.15pm fuq il-post instema’ xi għajjat mill-istess residenza, dan ħoloq paniku fi triq.

Fuq il-post marret immedjatament ambulanza biex tassisti lil dawk fil-bżonn u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.