ĦAMRUN S………………. 3 TARXIEN R……………… 0
Ħamrun: S. Cini, K. Micallef, M. Gauci, O. Nikolopoulos, E. Pepe, T. Caruana, K. Tulimieri, M. Criaco, C. Calil (Con. Borg 70’), D. Moukanza (C. Cutajar 92’), W. Domoraud (R. Darmanin 85’)
Tarxien: D. Bugeja, D, Mambouana, M. Botta, D. Zerafa, J.C. Gill (M. Spiteri), Anderson, J. Wemmer (G. Aquilina 80’), D. Falzon, Sir. Arab, Ricardinho, M. Paolucci
Imwissija: Anderson 35’ (T), K. Tulimieri 53’ (Ħ), Sir. Arab 66’ (Ħ)
Skorjaw: M. Criaco 25’, W. Domoraud 84’, D. Mambouana o.g. 91’ (Ħ)
Tkeċċa: K. Tulimieri 63’ (Ħ)
Referee: Mario Apap
Assistenti Referees: Chris Francalanza, Roberto Vella
Il-Mument Plejer tal-logħba: D. Moukanza (Ħamrun Spartans)
Attendenza: 544
Rapport: George Cassar
L-istaġun maġiku ta’ Ħamrun Spartans kompla lbieraħ b’rebħa oħra konvinċenti din id-darba fuq Tarxien Rainbows li permezz tagħha ġew temporanjament punt biss taħt Gżira United li llum għandhom partita diffiċli kontra Hibernians. Din ir-rebħa waslet minkejja li l-Ispartans lagħbu għall-aħħar nofs siegħa bi plejer inqas wara t-tkeċċija ta’ wieħed mill-iktar plejers influwenti tagħhom Kevin Tulimieri.
Il-partitarji Ħamruniżi ppakkjaw in-naħa tagħhom fil-Hibernians Stadium u kienu f’ċelebrazzjoni kontinwa jkantaw il-marċi ta’ San Gejtanu biex jifirħu bid-disa’ rebħa għat-tim tagħhom li fiha żammew ukoll it-tieni l-aħjar difiża tal-kampjonat.
Tarxien kienu traskurati fil-parti offensiva bl-attakkant prinċipali tagħhom Michele Paolucci jkun kompletament maqtugħ mil-logħba. Dorian Bugeja ddebutta bħala gowlkiper ta’ Tarxien wara li dak regolari Andrea Cassar weġġa’ fl-aħħar partita. Fin-nuqqas tiegħu libes il-faxxa ta’ captain il-Brażiljan Ricardinho proprju fil-ġurnata ta’ għeluq sninu.
Ħamrun skorjaw l-ewwel gowl f’nofs l-ewwel taqsima meta Dorian Bugeja ħareġ jantiċipa lil Donnell Moukanza iżda ma żammx il-ballun, bl-attakkant Ħamruniż iqassam lil MARCO CRIACO li filwaqt li l-gowkiper kien għadu barra minn postu skorja fir-rokna tax-xibka.
Qabel intemmet l-ewwel taqsima l-Ispartans kellhom żewġ okkażjonijiet ta’ skor. L-ewwel kien hemm xutt fuq id-dawra ta’ Orestis Nikolopoulos li l-gowlkiper Dorian Bugeja tar għalih u dawru f’korner. Mill-korner li segwa mogħti minn Marco Criaco, Wilfried Domoraud għola fuq kulħadd u laqat il-mimduda bir-ras.
Ħamrun għamlu nofs siegħa b’għaxar plejers meta tkeċċa Kevin Tulimieri għal żewġ karti sofor f’temp ta’ għaxar minuti. Il-Ħamruniżi għamlu ċert mir-rebħa bit-tieni gowl sitt minuti mit-tmiem hekk kif WILFRIED DOMORAUD ikkontrolla kross mix-xellug ta’ Marco Criaco, evita d-daħla ta’ Destin Mambouana qabel tefa’ fix-xibka.
Minuta wara li skorrew is-siegħa u nofs logħob, Ħamrun skorjaw anki t-tielet gowl meta Donnell Moukanza ħarab mal-lemin, qassam għan-nofs lejn Ryan Darmanin li kien antiċipat minn Destin Mambouana li tefa’ fix-xibka tiegħu. Fiċ-ċelebrazzjoni tal-gowl xi plejers Ħamruniżi ntelqu fix-xibka li nqalgħet iżda din ġiet irranaġata fi ftit sekondi.
//= $special ?>