SENGLEA A………….. 2 PIETÀ H………………… 1
Senglea: M. Farrugia, Z. Cassar, A. Mrsulja, C. Sammut (L. Mallia 65’), D. Venancio, M. Garcia, T. Marukawa (G. Camilleri 92’), M. Sidqy, L. Grech, R. Silva Santos (K. Cutajar 73’), A. Caseres
Pietà: N. Vella, N. Pisani (J. Scicluna 76’), A. Machedo Neto, C. Grech, S. Radovanovic, C. Degabriele (D. Agius 57’), I. Jalo, J. Artiaga, U. Umeh, J. Busuttil (P. Chimezie 84’), G. Mensah
Imwissija: I. Jalo 14’, U. Umeh 17’, C. Grech 55’, S. Radovanovic 60’, J. Busuttil 62’, D. Agius 64’, A. Machedo Neto 67’ (P), R. Silva Santos 18’, C. Sammut 26’, T. Marukawa 56’, L. Grech 82’, M. Farrugia 90’
Tkeċċa: A. Mrsulja 63’ (S)
Skorjaw: M. Sidqy 36’, A. Caseres 59’ (S), N. Pisani 45’ (P)
Referee: Stefan Pace
Assistenti Referees: Luke Portelli, Paul Apap
Il-Mument Plejer tal-logħba: Taisei Marukawa (Senglea Athletic)
Ir-raba’ logħba tat-tieni rawnd u r-raba’ rebħa konsekuttiva għal Senglea Athletic li mhux biss inqalgħu minn qiegħ il-klassifika, iżda issa qed iħarsu lejn salvazzjoni komda minħabba li sa issa fetħu distakk ta’ sitt punti fuq l-istess Pietà.
Iż-żewġ timijiet qed jiġġieldu għall-istess għan u għalhekk qiesu din il-logħba bħala importanti, bir-referee Stefan Pace juri xejn anqas minn 12-il karta safra u karta ħamra, filwaqt li Pietà pprotestaw bl-aħrax għat-tieni gowl ta’ Senglea.
It-tim tal-Isla ħoloq l-ewwel azzjoni wara 14-il minuta bi kross ta’ Leighton Grech indirizzat għal Augusto Caseres iżda Nicky Vella ħareġ fil-ħin biex antiċipa. Disa’ minuti wara kien id-difensur ta’ Pietà Christian Grech li blokka xutt ta’ Taisei Marukawa mill-kaxxa.
Pietà ngħataw penalty fil-35 minuta għal fawl ta’ Arian Mrsulja fuq Nicholas Pisani, iżda mill-11-il metru Gabriel Mensah ra x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Matthew Farrugia.
Inċidentalment mhux biss ma skorjawx, iżda Pietà sofrew il-gowl ftit sekondi wara meta EL MEHDI MIDO SIDQY għeleb lil Vella wara korner tal-midfielder Diego Venancio. Ftit wara, Vella ċaħħad lil Senglea mit-tieni gowl meta dawwar f’korner xutt perikoluż ta’ Marukawa.
Pietà rnexxielhom iġibu d-draw eżatt qabel il-mistrieħ. Jan Busuttil daħal fil-kaxxa u kellu x-xutt parzjalment salvat minn Farrugia, b’NICHOLAS PISANI jkun pront biex skorja mill-viċin.
Kmieni fit-tieni taqsima, Gabriel Mensah falla ċans tajjeb b’xutt bil-ballun fl-arja li spiċċa ftit barra iżda mas-siegħa logħob, Senglea reġgħu marru minn fuq f’azzjoni li wasslet għal protesti ta’ Pietà. Huma pprotestaw għal fawl f’nofs il-grawnd li r-referee Stefan Pace ħalla l-logħob għaddej, Matias Garcia qassam lejn AUGUSTO CASERES li avvanza fil-kaxxa u antiċipa l-ħarġa ta’ Vella.
Il-logħba ħadet żvolta oħra tliet minuti wara meta Arian Mrsulja ntwera t-tieni karta safra wara argument bejn iż-żewġ timijiet f’nofs il-grawnd. Pietà għafsu aktar biex isalvaw il-logħba iżda l-aktar azzjoni perikoluża seħħet fit-83 minuta, b’daqqa ta’ ras ta’ Grech li spiċċat ftit għoli wara free-kick ta’ Stefan Radovanovic.
//= $special ?>