Anzjana ta’ 86 sena tinsab f’qagħda gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu fi Triq Reġjonali, San Ġiljan
Il-Pulizija kienet informata li l-inċident għall-ħabta tas-1.30a.m. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn vettura tat-tip Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 30 sena, ta’ nazzjonalita’ Rumena u residenti fil-Belt Valletta u vettura tat-tip BMW misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti f’Ħ’Attard.
Żewġ nisa, ta’ 62 sena mill-Marsa u ta’ 86 mill-Ħamrun, kienu passiġġieri fil-BMW. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-midruba. Iż-żewġ nisa ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn iktar tard il-mara ta’ 86 sena kienet iċċertifikata li qed issofri ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li l-mara ta’ 62 sena sofriet ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-inċident.
//= $special ?>