Manchester City lura fil-quċċata tal-Premier League Ingliż. Tottenham isaħħu it-tielet post.
Man City 6-0 Chelsea
Manchester City b’logħba aktar u b’differenza ta’ goals reġgħu qabżu lil Liverpool fil-quċċata tal-Premier League Ingliż meta issuperaw lil Chelsea bi skor ta’ 6-0.
B’din it-telfa kbira, Chelsea niżlu fis-sitt post taħt Manchester United u Arsenal rispettivament.
Raheem Sterling fetaħ l-iskor wara biss erba’ minuti qabel għamilhom tnejn Sergio Aguero disa’ minuti wara.
Aguero rrdoppja fid-19-il minuta bit-tielet goal għat-team ta’ Pep Guardiola.
Ikay Gundogan għaqqad il-poker fil-25 minuta.
Fis-56 minuta Aguero għaqqad il-hattrick b’dik li kienet il-11-il hattrick tiegħu fil-Premier League Ingliż biex laħaq ir-rekord ta’ Alan Shearer.
Sterling skorja s-sitt goal ta’ City u t-tieni personali fit-80 minuta.
Tottenham 3-1 Leicester
Tottenham saħħew it-tielet post fil-Premier League Ingliż b’rebħa ta’ 3-1 fuq Leicester City biex b’hekk għamluhom 4 rebħiet infila fil-kampjonat.
Sanchez tefa’ lil Spurs fil-vantaġġ fit-33 minuta bl-uniku goal tal-ewwel taqsima.
Fit-63 minuta Tottennham irduppjaw permezz ta’ Christian Eriksen li qed ikompli jkun l-aktar player konsistenti fit-team ta’ Maurizio Pochettino.
Is-sostitut Jamie Vardy, li falla penalty ftit qabel il-goal ta’ Eriksen, irnexxielu jpatti u jnaqqas id-distakk b’goal kwarta mit-tmiem.
Heung Min Son aċċerta mir-rebħa fil-ħin miżjud.
//= $special ?>