Lokali

Tifla ta’ 12-il sena ssofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Għall-ħabta tad-9AM, tifla ta’ 12-il sena sfat milquta minn vettura tat-tip Mitsubishi L200 misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti l-Mosta, fi Triq Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar.

Fuq il-post issejħet ambulanza immedjatament li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard ġie ċċertifikat li t-tifla qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.