Lokali Turiżmu

Bil-problemi anke fl-MTA

Pakkett anqas mid-dħul fiss li għandhom bħalissa

Il-Ministeru tat-Turiżmu mmexxi minn Konrad Mizzi, jintlaqat b’aktar problemi hekk kif qamet tilwima industrijali bejn il-GWU u l-MTA fuq pakkett finanzjarju li ilu ma jiġi revedut snin twal.

Issa, l-Uffiċju tal-Prim Ministru ippreżenta pakkett għal management tal-Awtorità tat-Turiżmu, fejn mhux talli huwa ferm inqas milli għandhom awtoritajiet oħra komparabbli, imma saħansitra inqas mid-dħul fiss kurrenti li għandhom.

Dan meta l-istess Ministru Konrad Mizzi jiftaħar li l-Awtorità tat-Turiżmu qiegħda tikseb rekords ġodda. Sorsi qalulna illi minflok il-ħaddiema, li huma essenzjali biex jinkisbu dawn ir-rekords, jingħataw dawk li ħaqqhom u jingħataw żieda, l-Uffiċju tal-Prim Ministru jrid itihom inqas milli għandhom issa u inqas minn Awtoritajiet oħra.