Internazzjonali Mużika

Dua Lipa, Lady Gaga u Kacey Musgraves jiddominaw il-Grammys

In-nisa jiddominaw l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Grammys Awards.

Dua Lipa rebħet l-award tal-aqwa artisa ġdida filwaqt li Kacey Musgraves rebħet l-aqwa album tas-sena.

Musgraves b’kollox rebħet erba’ premjijiet għall-Golden Hour. Hija ddedikat l-għoti ta’ dan l-award lir-raġel tagħha li ltaqgħet miegħu meta kienet qed tirrekordja dan l-album.

Min-naħa tagħha Dua Lipa qalet li kienet nervuża u fl-istess ħun grata li ngħatat wieħed mill-erba’ premjijiet. L-artista ta’ 23 sena qalet li din is-sena kien hemm line up ta’ ħafna artisti nisa…. ‘naħseb kienet is-sena tagħ’, sostnnaiet Lipa.

Lady Gaga rebaħ tliet premjijiet, fosthom għall-aħjar prestazzjoni pop ta’ Joanne u l-aħjar duet għal ‘Shallow’ mill-film nominat għall-oscars ‘A Star Is Born’.

Brooklyn Cardi B saret l-ewwel mara solo biex tirbaħ l-aħjar album RAP.