Il-Ministru Joe Mizzi ammetta fil-parlament li fil-Qajjenza f’Birżebbuġa qed jinħażen il-heavy fuel oil.
Fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-parlament, il-Ministru Mizzj wieġeb għal diskors tad-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone u issa sostna li l-Gvern mhux kontra l-ħażna tal-heavy fuel oil f’Birżebbuġa iżda hu kontra l-użu tal-heavy fuel oil. Hu qal li fit-tweġibiet tiegħu hu qed ikun professjonali.
Dwar jekk hux qed jissaħħan il-heavy fuel oil fil-Qajjenza u dwar l-operatur fil-kunetst tas-sigurtà, il-Ministru Joe Mizzi kien evażiv u qal li hu żgur li dan il-heavy fuel oil mhux qed jissaħħaħ u jinħaraq għal Malta. Hu sostna li hemm differenza bejn dak li qed iseħħ issa u dak li kien qed ieħħ fil-power station. Dan ma jniġġisx, sostna l-Ministru Mizzi, li kompla li dan qed ikun meħud fuq il-bastimenti.
Herman Schiavone qal li l-wegħda li se jkun żmantellat il-fuel depot se jitneħħa minn Birżebbuġa. Il-Ministru Mizzi qal li d-depot qed jitħaddem bis-sigurtà u qed ikun ċertifikat li m’hemmx perikli.
//= $special ?>