Lokali

Il-PL se jdaħħal il-miljuni mir-Raffles

Jikber l-iżbilanċ fil-finanzjament tal-partiti politiċi

Il-Partit Laburista jkompli bil-pjani tiegħu li jdaħħal somom kbar ta’ flus min-negozju tal-propjetà li akkwista f’Pembroke. L-aħħar żvilupp f’dan il-pjan hu l-pubblikazzjoni ta’ espressjoni ta’ interess fil-gazzetti lokali għall-bini magħrfua bħala r-Raffles.

Il-kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-parlament Ewropew Dione Borg ikkummenta li permezz ta’ dan in-negozju l-PL se jkompli jsir miljunarju minn fuq propjetà li kienet tal-poplu u li fuqha kien hemm ksur tal-kuntratt minħabba nuqqas ta’ ħlasijiet tal-kera.

Dione Borg qal li din is-sitwazzjoni qed tkompli ġġib żbilanċ bejn il-PL u l-PN fil-finanzjament tal-partiti fejn il-PL se jkompli jkun aġevolat u jdaħħal il-miljuni. Dan minbarra li l-PL għandu f’idejh u taħt il-kontroll tigħu numru kbir ta’ postijiet tal-gvern bħala każini. Dan minbarra li tul is-snin, il-PL fil-gvern ħa djar privati u kkonvertiehom f’każini Laburisti. Il-PL sal-lum għadu jirrifjuta li jgħaddi din il-propjetà lura lill-poplu u lis-sidien.

Il-propjetà tar-Raffles f’Pembroke kienet akkwistata mill-PL fl-1979 flimkien mal-Australia Hall u l-Victoria Pub fi ftemim bejn il-Gvern Laburista (Malta Shipbuilding) u l-PL li fiha il-PL kien għadda l-Freedom Press fil-Marsa lill-Malta Shipbuilding.

Skont il-kuntratti bejn iż-żewġ partijiet il-Malta Shipbuilding kienet għaddiet din il-propjetà lill-PL għal Lm10 (għaxar Liri Maltin) bil-PL jabel li jħallas ċens ta’ Lm20,000 lill-Gvern. Fit-tieni kuntratt il-PL kien għadda art u l-Freedom Press lill-Malta Shipbuilding għall-prezz ta’ Lm14,000 flimkien ma ħlas ta’ Lm3,000 għall-ispejjeż ta’ trasport kif ukoll ċens ta’ Lm20,000 fuq il-post. Il-PL kien akkwista wkoll il-fabbrika fejn llum hemm il-One Poducitons.

Il-PL ilu snin twal jipprova jinnegozja din il-propjetà u l-aħħar tappa f’dawn in-negozji huma dawk dwar ir-Raffles fejn anki kien hemm applikazzjoni biex dan jitwaqqa’. Il-PL kien qed jopponi li l-propjetà li kellu f’Pembroke tkun skedata biex b’hekk ikun iktar faċli li jsir in-negozju fil-propjetà. Għal snin twal din il-propjetà tħalliet abbandunata u anki kienet inħarġet diversi drabi.

Tul is-snin il-PL kien naqas milli jħallas il-kera fuq din il-propjetà bl-ammont jaqbeż il-Lm230,000. Fl-1997 il-Gvern Laburista kien ressaq mozzjoni fil-parlament biex il-PL ma jħallsx dan l-ammont għaliex anki l-Malta Shipbuilding ma kinitx ħallset l-ammont dovut fil-kirja. Jirriżulta li l-PL qatt ma kien ħallas il-kera ta’ Lm20,000 fis-sena.

Ir-Raffles ilu jissemma’ bħala propjetà li l-PL hu mpenjat li jbiegħ u diġà kien rapportat li l-PL, fil-passat, kien laħaq ftehim dwar dan il-bejgħ fl-ammont ta’ madwar €400,000. Kienet propju l-problema tan-nquqas ta’ ħlas tal-kera mill-PL li ġabet diffikultajiet għall-PL biex jiffinalizza dan il-fehim.

Il-pjani tal-PL komplew meta fl-2013 il-Gvern ta’ Joseph Muscat kien irtira l-kawża mibdija mid-Dipartiment tal-Artijiet kontra l-PL fl-2010 dwar l-Australia Hall biex b’hekk ikun faċli li l-PL jinnegozja l-propjetà. Żewġ kuntratti li l-PL kien għamel qatt ma kienu finalizzati.

Rapport pubblikati jispeċifikaw li l-PL diġà ddaħħal amdwar €1.1 miljun mill-propjetà li għandu f’Pembroke. S’issa l-MLP biegħ il-Victoria Pub u l-Australia Hall f’Pembroke iżda żamm ir-Raffles. Jidher li issa l-PL għandu t-toroq kollha miftuħa biex jiffinalizza dan in-negozju u jdaħħal il-miljuni.

Tags