Edukazzjoni Lokali

Is-soluzzjoni tad-diżastru fl-iskema tal-frott u l-ħaxix? Se titneħħa l-banana!

Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ftaħar li solva d-diżastru tal-iskema tal-frott u l-ħaxix għall-istudenti fl-iskejjel billi neħħa l-banana.

Dan wara li l-iskema, imnedija f’Mejju tas-sena l-oħra li se tkun swiet €900,000 sal-2023 wasslet biex ħafna studenti jarmu dak li jingħatalhom … frott imħassar u ħaxix qadim.

Wara li x-xahar li għadda l-Ministru Evarist Bartolo kkonferma ma’ dan is-sit li hu wkoll diżappuntat bil-mod kif kienet qed timxi din l-iskema.

Madankollu, is-soluzzjoni li sab il-Ministru kienet li titneħħa l-banana mill-prodotti offruti, għaliex qal li kienet il-banana li qed tpoġġi dehra kerha lill-prodott.