– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputt Nazzjonalista Claudette Buttigieg appelllat biex il-pajjiż isaħħaħ il-parteċipzzjoni tan-nisa f’karigi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista kompliet li llum hu l-Jum Dinji għan-Nisa fix-Xjenza u qalet li n-numru ta’ nisa qed jistudjaw sar ogħla minn tal-irġiel. Hi tkellmet dwr in-numru ta’ nsia fi gradi importanti tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u qalet li l-Gvern qed idum biex jirrispondi dwar kemm hu dan l-ammont. Minkejja l-investiment li qed isir fin-nisa u minkejja li dawn qed juru li huma abbli, qed jnħlew ir-riżorsi. Hi staqsiet jekk il-mira ta’ Malta hix li jkollna 40% fil-grad ta’ Prinċipal ‘l fuq.
Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza tat-tħejijja qabel iż-żwieġ u kompliet li jirriżulta li fl-impjiegi l-irġiel qed ikunu ppreferuti.
Claudette Buttigieg tkellemt dwar ir-riskju ta’ mutulazzjoni ġenitali tan-nisa u qalet li Gvern Nazzjonalista kien għadda liġi kontra dan l-att. Hi sostniet li minkejja dawn il-liġijiet, mhux dejjem il-messaġġ ikun qed jasal fil-komnunità. Jirriżulta li bejn 39% u 57% tan-nisa għadhom ma jafux li dan l-att hu llegali. Jeħtieġ li jitwassal il-messaġġ li din hi llegali f’Malta u tmur kontra d-drittijiet tan-nisa skont il-miri tal-2020. Jeħtieġ ukoll li l-waqfiet fil-karriera ma jkunux ifissru waqfeiet għal dejjem iżda waqfiet temporanji. Hi tkellem dwar il-gender pay pay gap li telgħet għal 11%.
//= $special ?>