Id-delizzju tal-għasafar f’Malta kompla jieħu żvolta pożittiva meta grazzi għal kontribut ta’ 42 esebitur, li ħadu sehem b’169 għasfur fil-Mondial Bird Show li sar fl-Olanda f’Jannar li għadda, Malta rebħet 25 midalja – 10 deheb, disa’ fidda u sitta bronż.
Net News tkellem ma’ Rudolf Falzon, Antoine Debono, u William Rutzen mill-Breeders Association ta’ Malta…illi jfissru fi kliemhom stess, l-importanza tal-verdun Malti.
Din kienet is-67 edizzjoni ta’ dawn il-kampjonati fejn ħadu sehem kważi l-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropa. U kienu 26 elf l-għasfur li ħadu sehem f’sezzjonijiet differenti, minn pappagalli sa l-iżghar speci ta’ għasafar.
//= $special ?>