Sliema Wanderers ħatru lil Stefano Maccoppi bħala l-kowċ tat-tim. Hu se jkun qed jieħu post John Buttigieg li spiċċa mill-kariga wara li Sliema kienu eliminati mill-FA Trophy b’telfa kontra Mosta. Fl-aħħar żewġ logħbiet, Sliema kienu taħt it-tmexxija tal-assistent kowċ Ivan Woods, bis-Slimiżi jispiċċaw f’żewġ draws ta’ 1-1 kontra Gżira United u St. Andrews.
Fil-karriera tiegħu bħala plejer, Maccoppi lagħab fis-Serie A bejn l-1984 u l-1997 ma’ Como, Ancona, Bari u Piacenza. Wara li rtira hu kien involut f’diversi rwoli tekniċi fosthom ma’ klabbs Taljani bħal Sampdoria, Spezia, Albinoleffe u Cremonese kif ukoll mal-klabbs Żvizzeri ta’ Neuchatel Xamax, Servette u Sion.
Sliema bħalissa jinsabu fis-seba’ post fil-klassifika punti ndaqs ma’ Balzan bi 28 punt u qegħdin ħames punti taħt Ħamrun Spartans li jinsabu fir-raba’ post.
//= $special ?>