– Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina appella lill-Gvern biex iwaqqaf il-bejgħ taċ-ċittadnanza, jippubblika l-ismijiet ta’ min xtara ċ-ċittadinanza u jibda proċess ta’ verifika ta’ min huma dawn il-persuni għaliex il-pajjiż hu espost għal riskji kbar.
Fil-parlament Karol Aquilina qal li anki l-Gvern tal-Bulgarija issa waqaf milli jkompli jbiegħ il-passaporti.
Karol Aquilina qal li l-gvern Laburista m’għandux il-mandat biex ibiegħ il-passapoti għaliex il-PL qatt ma kien jitkellem dwarha. Bla dubju kien hemm ftehim bejn Henley & Partners u l-PL biex tibda tinbiegħ iċ-ċittadinanza. Fil-fatt l-Gvern Laburista beda jbiegħ iċ-ċittadinanza mill-ewwel.
Il-gvernijiet llum iridu juri l-impenn tagħhom fil-ġleida kontra l-ħasil tal-flus, sostna Karol Aquilina, li kompla li fil-pajjiż hawn reazzjoni negattiva għall-bejgħ taċ-ċittadinanza. Il-gvern qed isostni li l-bejgħ taċ-ċittadinanza qed ikollu effett pożittiv fuq l-ekonomija Maltija iżda fil-verità dan il-bejgħ poġġa li Malta fil-kategorija tal-pajjiżi li dwarhom hemm dubju dwar kemm Malta trid tkun pajjiż serju fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Il-gvern jgħid li għandu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-bejgħ taċ-ċittadinanza iżda mhux minnu li l-Kummissoni Ewropea xi darba qalet li l-bejgħ taċ-ċittadinanza xi daba qalet li din hi skema aprpovata jew aċċettabbli. Dan qalitu l-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja.
Malta qed tbiegħ iċ-ċittadnanza lil persuna li tafhom u li ma tafx minn fejn qed iġibu l-flus, inkluż jekk dawn humiex ġejjin mill-kriminalità. Il-parlament ikkundanna bil-qawwi l-iskema li daħħal il-gvern Laburista u nsista li l-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni filwaqt li jkun hemm ċertu salvagwardji fosthom ir-rabta ġenwina bejn il-persuna u l-pajjiż u li jkun magħruf min qed jixtri ċ-ċittadinanza.
Dan hu dnub mejjet mill-PL, sostna Karol Aquilina, li qal li anki Ċipru qed jagħmilha diffiċli biex persuna tixtri ċ-ċittadinanza. Dwar Malta, il-KE qalet ċar u tond liema huma r-riskji li l-pajjiż jinsab fihom fosthom ir-riskju għas-sigurtà, ta’ ħasil ta’ flus, ta’ korruzzjoni u riskju ta’ evażjoni tat-taxxa. Kull stat sovran jagħmel minn kollox biex jevita dawn ir-riskji billi ma jbiegħx iċ-ċittadinanza.
Il-PN kien u għadu kontra l-bejgħ taċ-ċittadinanza, sostna d-deputat Nazzjonalista li qal li gvern ġdid Nazzjonalista għandu jneħħi din l-iskema u jippubblika l-ismijiet tal-persuni li xtraw iċ-ċittadanzna. Il-gvern qed jippubblika l-ismijiet f’ordni alfabetika biex dawn il-persuni jibqgħu sigrieti. Se jiġi żmeta l-lista ta’ min xtara ċ-ċittadinanza Maltija jkunu pubbliċi u l-gvern ikollu jispjega għaliex aċċetta li jbiegħ iċ-ċittadinanza lil dawn il-persuni suspettużi.
//= $special ?>