– Marthese Portelli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli qalet li l-iżviluppaturi se jkollhom iħallsu eluf ta’ ewros biex jarmu l-iskart u appellat biex issir strateġija nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart tal-industrija tal-kostruzzjoni.
Fil-parlament Marthese Portelli qalet li dokumenti ta’ ekonomisti qed iwissu lill-gvern biex ikun attent minn riċessjoni internazzjonali oħra. Il-pajjiż irid jaħseb għal meta r-riċessjonijiet jolqtu lil Malta, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali m’għandhiex biex taħdem u lanqas għandha nies.
Marthese Portelli tkellmet dwar il-pjani lokali u l-master plans u qal li dawn kellhom ikunu lesti sal-2016 iżda dawn għadhom ma tlestewx. Hi semmiet il-master plan ta’ Paceville fl-2016 li kienet imwarrba meta suppost din kellha tkun lesta sa April 2017 iżda għad lanqas biss inħarġet is-sejħa għall-offerti għaliha.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li issa l-Ministru issa qed jgħid li se jsir mini-master plan għal Paceville.
Hi semmiet l-art pubblika u qalet li din mhix qed tkun salvagwardjata anzi din qed tkun abbużata b’konsegwenzi għan-negozjant il-ġenwin. L-art pubbliku mhix tal-gvrn iżda hi tal-pubbliku, qalet Marthese Portelli, li kompliet li l-prassi li negozjant ikun preferut fuq ieor għandha tieqaf.
Martehse Portelli semmiet il-każ tar-Raffles, li hu propjetà tal-PL, u qalet li issa l-PL se jkompli jibbenefika minn art pubblika.
Hi qalet li l-iskrat tal-kostruzzjoni hu riżosa u kkritikat lill-BICC għall-punt li assolutament m’hi tagħmel xejn. is-settur tal-kostruzzjoni għandu jibqda jingħata ċertifikazzjoni dwar prattiċi korretti.
//= $special ?>