Ambjent Lokali

Malta tibqa’ lura f’dik li hi enerġija rinnovabbli

....it-tielet mill-aħħar fost it-28 pajjiż fl-Unjoni Ewropea

Skont l-aħħar statistika tal-Eurostat, Malta tinsab fit-tielet post mill-aħħar f’dik li hija l-porzjon ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’pajjiżna.

L-Unjoni Ewropea għandha l-mira li sal-2020 l-Ewropa tiħaq l-20% ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u t-32% sas-sena 2030.

Kull pajjiż ingħata mira li jrid jilħaq sal-2020. Malta ingħatat l-aktar mira baxxa, iżda jidher li pajjiżna qed isibha diffiċli biex jilħaq il-mira li ngħatatilha.

Dawn il-figuri huma maħruġa mill-eutorstat li huwa l-Uffiċċju tal-Istatistika fi ħdan l-Unjoni Ewropea.