Lokali Parlament

Min jaħbi, jaħti daqskemm min wettaq… Qed nitkelmu fuq €17-il-miljun

– Carm Mifsud Bonnici, PN

Min jaħbi, jaħti daqskemm min wettaq… Qed nitkelmu fuq €17-il-miljun.

Hekk ddikjara llejla fil-parlament d-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici fil-ħin tal-Aġġornament.

Id-deputat Nazzjonalista rrefera għall-fatt li minkejja li għaddew diġà 15-il-jum mill-ħruġ tar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-ħrug tal-visi mill-Konsulat ta’ Malta għadu ma ġara xejn. Ebda pass politiku u legali ma ttieħdu. Kollox baqa’ għaddej u l-Gvern qiegħed jagħmel ħiltu biex jgħatti u jaħbi dak li hemm fl-istess rapport.

Carm Mifsud Bonnici rrefera għad-diversi punti li huma miktuba fl-imsemmi rapport; punti li juru li xejn ma kien qiegħed jsir sew f’dak il-konsolat. Punti li ma humiex ta’ ebda forma ta’ unur għal pajjiżna. Hu staqsa kif jista’ gvern responsabbli li jgħid li huwa demokratiku ma jiċċaqalaqx fuq sitwazzjoni daqshekk gravi u nfestata b’atti ta’ rregolarità, illegalità u korruzzjoni.

Kemm hu ikrah u żbaljat li flok jingħata eżempju li jkun hemm r-rebħ tal-ġustizzja u l-verità jkun hemm intenzjonalment l-kontra? Kemm huwa żbaljat li wieħed flok jibni stat fuq l-onestà, l-integrità u l-ħidma t-tajba jagħti premju lil min jimxi l-kontra? Id-deputat għalhekk qal li r-realtà hija li min jaħbi jaħti daqskemm min wettaq.

Id-deputat Nazzjonalista kompla billi qal li jekk għandna gvern li huwa wieħed li jrid s-sewwa ma jistax jinjora l-kontenut ta’ dan ir-rapport. Hu rresponsabbli li wara li nonfqu daqshekk fil-ħidma important ta’ istituzzjoni demokratika bħal dan Uffiċċju tal-Awditur ma nimplimentawx dak li qed jiddikjara li għandu jsir.

Il-Partit Nazzjonalista jesprimi fiduċja sħiħa f’ħidmet dan l-uffiċċju. Dan għax jemmen proprju fil-valuri sodi tal-onestà tas-sewwa, tal-bżonn li l-pajjiż jitmexxa bi trasparenza, attenzjoni u li ma jkollux min huwa korrott jew li jippermetti l-korruzzjoni. Jekk xi ħadd jaħseb li ser ninsew dan ir-rapport u ma nibqgħux ninsistu għas-sewwa u r-responabbiltà qed jiżbalja.

Hu qara diversi partijiet mir-rapport fuq n-nuqqasijiet varji li kien hemm fil-hrug tal-visa u li ma kienx hemm spjegazzjonijiet tajba. Huwa semma’ li fl-istess kien hemm min ddikjara li hallas €2,500 biex tinħariġlu visa. Meta qed nitkellmu fuq l-14,368 applikazzjoni li minnhom 6,779 gew approvati hu qal li dan ifisser li qed nitkellmu fuq €17-il-miljun.
Il-Kelliem Nazzjonalista filwaqt li semma’ li hemm ferm u ferm iktar dettalji li jħammru wiċċ il-Gvern, kompla billi ddikjara li:“Għalina d-demokrazija hi valur li trid tiġi protetta jum wara jum mill-illegalità, l-immoralità u l-kriminalità. Proprju għalhekk li ninkwetaw u fl-istess naffermaw il-ħidma tagħna għas-sewwa u l-ġid tal-poplu.”