Formula 1 Sport

Renault b’mira li jispiċċaw mal-ewwel tlieta f’dan l-istaġun

Renault qed jimmiraw li jispiċċaw dan l-istaġun mal-ewwel tlieta, hekk kif nedew il-karozza l-ġdida tagħhom bl-għan li jkomplu jibnu fuq is-sena li għaddiet.

Pjan prinċipali għat-tamiet tat-tim hu l-akkwist tas-sewwieq Awstraljan Daniel Ricciardo flimkien ma’ Nico Hulkenberg li fl-aħħar snin kien konsistenti fir-riżultati tiegħu. Il-karozza RS19 se tkun misjuqa għall-ewwel darba fit-testijiet li se jsiru l-ġimgħa d-dieħla f’Barcelona, bit-tim jammetti li l-karozza għadha trid tkun lesta bi preparazzjoni għall-ġimgħa d-dieħla.

It-tim Franċiż kiseb l-aħjar riżultat minn meta rritorna fl-isport fl-2016, hekk kif spiċċa fir-raba’ post. Għalkemm mhux qed jistennew mirakli, żgur li l-għan ta’ Renault se jkun li tal-anqas jiksbu podju mill-2015. L-aħħar darba li rebħu tellieqa kien sitt snin ilu meta kienu taħt l-isem ta’ Lotus.

Tags