Futbol Sport

Zaniolo jagħti vantaġġ lil Roma iżda kollox għadu miftuħ beraħ

ROMA…………………………………… 2

A. Mirante, A. Florenzi, K. Manolas, F. Fazio, A. Kolarov, D. De Rossi, L. Pellegrini (S. Nzonzi 83’), B. Cristante, N. Zaniolo (D. Santon 87’), S. El Shaarawy (J. Kluivert 90’), E. Dzeko

PORTO………………………………….. 1

I.Casillas, E. Militao, Felipe, Pepe, A. Telles, D. Pereira, Otavio (Hernani 84’), H. Herrera, F. Santos (A. Pereira 76’), Y. Brahimi (A. Lopez 68’), Tiquinho

Imwissija: H. Herrera 74’ (P), S. El Shaarawy 88’ (R)

Skorjaw: N. Zaniolo 70’, 76’ (R), A. Lopez 79’ (P)

Referee: Danny Makkelie (Olanda)

Żewġ gowls taż-żagħżugħ Nicolo Zaniolo taw vantaġġ lil Roma fl-ewwel leg, b’rebħa ta’ 2-1 fuq Porto fi Stadio Olimpico, Iżda l-gowl pjuttost fortunat ta’ Porto jagħti ċans tajjeb lil Porto biex jikkwalifikaw.

L-aħjar ċans ta’ Roma fl-ewwel taqsima seħħ fis-37 minuta meta Federico Fazio tefa’ ballun ‘l quddiem lejn Edin Dzeko li għeleb lil Iker Casillas iżda x-xutt ġie mċaħħad mil-lasta.

Porto marru viċin il-gowl fis-57 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Danilo Pereira li għaddiet ftit barra minn korner. Roma bdew jagħfsu aktar u fis-67 minuta, Casillas salva tajjeb xutt b’saħħtu ta’ Lorenzo Pellegrini.

Roma fetħu l-iskor fis-70 minuta. Edin Dzeko għadda fil-kaxxa lejn NICOLO ZANIOLO li b’xutt fil-baxx għar-rokna għeleb lil Casillas. It-tim ta’ Di Francesco rdoppja fis-76 minuta meta xutt ta’ Dzeko stampa mal-wieqfa u spiċċa fid-direzzjoni ta’ NICOLO ZANIOLO li skorja mir-rebound.

Porto skorjaw il-gowl li jista’ jiswa ħafna tliet minuti wara. Xutt żbaljat ta’ Tiquinho spiċċa fid-direzzjoni ta’ ADRIAN LOPEZ li mill-kaxxa għeleb lil Mirante.