Ewropa Lokali

Akkużata li kienet tagħmel telefonati lejn “mobile sigriet”

Kollox beda mill-Operazzjoni tal-Europol imsejjħa ‘Tarantella’. Illum, 4 xhur wara, l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-eks Direttur tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia, saru aktar xokkanti.

Issa, il-gazzetta MaltaToday qed tirrapporta illi Fenech Farrugia kienet tagħmel telefonati regolari lejn mobile sigriet fi Spanja. It-Tlieta, uħud mill-konverżazzjonijiet li saru bejn Fenech Farrugia u Jose Fuentes fuq il-kwoti tat-tonn, spiċċaw ħarġu fil-media Spanjola.

L-allegazzjoni hi li l-Maltija kienet qed titlob ħalsijiet mingħand Fuentes biex tinfluwenza d-deċiżjonijiet fi Brussell. Hi iżda qed tiċħad dan kollu.

Fuentes f’ħin minnhom kien qed jitlob li l-kwoti tiegħu jiżdiedu minn 3,000 għal 4,000 tunnellata.

L-allegazzjonijiet li ħarġu sa issa huma serjissimi, u jindikaw ukoll li Malta kienet fiċ-ċentru ta’ xibka kriminali minn fejn jgħaddi tonn maqbud illegalment. Jirriżulta ukoll li din il-ħidma kriminali kienet ilha għaddejja numru ta’ snin.

Ir-rapport fil-media Spanjola