L-aħbar ta’ One News dwar suppost ġlieda kbira lbieraħ filgħaxija bejn is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u John Zammit hi gidba.
Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija maħruġa mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli u mill-Editur Politiku ta’ Media.Link Communications John Zammit
Clyde Puli u John Zammit ilbieraħ iltaqgħu fl-ispirtu ta’ ħbiberija twila personali bejniethom wara li John Zammit iddeċieda li jagħti l-avviż tat-tmiem tal-impjieg jumejn ilu biex ifittex toroq ġodda.
John Zammit jibqa’ impenjat mija fil-mija mal-Partit Nazzjonalista, li hu l-unika alternattiva għall-Gvern Laburista bla pjan u korrott.
ll-kamra tal-aħbarijiet ta’ Media.Link Communications tawgura kull suċċess lil John Zammit filwaqt li tirringrazzjah tal-ħidma tiegħu.
//= $special ?>

