Sport Sport Ieħor

Iċ-champions Qormi Daikin jirkupraw minn żewġ gowls żvantaġġ u jevitaw l-ewwel telfa

(Ritratt: Andrea Curmi)

Qormi Daikin u Sliema Hotsticks spiċċaw fi draw ta’ 2-2 f’logħba mistennija fil-ftuħ tat-tieni rawnd tal-kampjonat. Sliema fetħu tajjeb u marru żewġ gowls vantaġġ permezz ta’ Alessandro Amore fl-ewwel taqsima u l-captain Shaun Grima f’nofs it-tieni taqsima. Qormi ma kinux fil-forma solita tagħhom iżda salvaw il-logħba b’żewġ gowls tard minn Luke Bajada u Keith Calleja. L-umpires tal-logħba kienu James Mizzi u Shawn Mifsud.

Fil-logħba l-oħra, White Hart għadhom qed ifittxu l-ewwel punti tal-istaġun wara li kienu megħluba minn Rabat 1-0. Shawn Dimech iddeċieda l-logħba b’gowl fil-25 minuta tal-ewwel taqsima. Nathan Galea u Keith Calleja kkontrollaw il-logħba.

Il-kampjonat ikompli l-Ħadd li ġej bl-aħjar konfront ikun bejn Floriana Young Stars u Qormi Daikin fil-11.00am filwaqt li qabilhom Sliema Hotsticks jilagħbu kontra Rabat.

Klassifika: Qormi Daikin 8 punti minn 5 logħbiet, Floriana Young Stars 6 punti minn 4 logħbiet, Sliema Hotstics 6 punti minn 5 logħbiet, Rabat 4 punti minn 5 logħbiet, White Hart 0 punti minn 5 logħbiet

Tags