Il-Bank of Valletta b’mod temporanju waqqaf is-servizzi tiegħu wara li kien hemm attentat ta’ hacking.
Malli l-uffiċjali tal-bank irrealizzaw li kien hemm riskju u li s-sistema setgħet ġiet kompromessa, il-bank waqqaf is-servizzi kollha tiegħu offruti mill-fergħat imma wkoll online.
Filfatt il-klijenti tal-bank ma jistgħux jiġbdu flus mill-ATMs u ma jistgħux jaċċessaw lanqas is-servizzi fuq il-website tal-bank, l-internet banking jew il-mobile banking fost oħrajn.
Mill-ewwel analiżi li saret, jidher li l-kontijiet tal-klijenti u l-flus tagħhom mhux f’riskju hekk kif ma ġewx kompromessi.
Immedjatament bdiet ukoll investigazzjoni, bil-bank li qed jikkollabora mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Pulizija lokali u internazzjonali.
Fi stqarrija, il-Bank of Valletta talab apoloġija lill-klijenti tiegħu.
//= $special ?>