Lokali

Il-familja tixtieq il-privatezza f’dan il-mument diffiċli

"Kull storja tkompli żżid l-uġiegħ tagħna" - it-tifla ta' Paul

Il-familja ta Paul Formosa, li ġie maqtul brutallment is-Somalja, jixtiequ li f’dawn il-mumenti difficli jingħataq “spazju u privatezza” li tant għandhom bżonn.

F’kumunikat lill-media, it-tifla ta’ Paul Formosa stqarret li dawn huma mumenti ferm difficli għall-familjari “u nixtiequ nkunu waħidna mal-qraba tagħna”.

Fl-istqarrija Sarah Formosa kitbet hekk: “Filwaqt li napprezzaw ferm ix-xoghol taghkom bhala gurnalisti, napprezzaw ferm jekk ma tigiex irrapurtata il-wasla f’Malta tal-kadavru tal-ghaziz Paul minn barra. Nitolbukhom ukoll li taprezzaw li kull filmat u storja irrapurtata fuq il-media li tikkonċerna lil l-għażiż tagħna Paul tkompli iżżid l-uġigħ tagħna. Naċċertakom li meta jkun se jsir il-funeral se tkunu infurmati u jekk tixtiequ tattendu m’ghandhiex problemi imma inqisu il-wasla ta’ Paul f’Malta bhala xi haga privata w ghalhekk ma nixtiequx li tigi iffilmjata jew rapurtata. F’dawn il-mumenti nixtiequ ftit spazju u mumenti wahedna biex nippruvaw naghmlu sens minn din it-tragedja kbira li laqtitna.”