‘Il-Gvern mhux talli ma jgħinnix talli qed jagħmlilna il-bsaten fir-roti’, qal dan is-Sindku ta’ San Ġwann, Etienne Bonello Du Puis, waqt l-attivita’ li saret l-Erbgħa filgħaxija fejn semma kif il-Kunsill Lokali ħadem u għamel dak kolli li seta’ għall-lokal …iżda sfortunatament ma setax jagħmel kollox minħabba li jiddependi fuq il-Gvern u bil-fondi li għandu irid jieħu ħsieb kollox fosthom pagi tal-ħaddiema, toroq, bozoz u ħafna affarijiet oħra.
Sabiex isiru proġetti kbar fil-lokal, il-Kunsill Lokali jiddependi mill-Gvern Ċentrali biex dan itih il-fondi għal dawn il-proġetti.
Huwa tkellem ukoll dwar il-proġett ta’ Ġnien Karin Grech fejn tenna li l-Gvern nesa’ għal kollox dan il-proġett u għadu ma ta l-ebda risposta jekk ux ser jitkompla jew le.
Tkellem fuq progetti oħra li minħabba nuqqas ta’ flus minn naħa tal-Gvern sfaxxaw fix xejn fosthom pjan ta’ Day Centre f’San Ġwann iżda minħabba li l-Gvern ħa ammont sostanzjali minn dan il-kunsill sabiex iħallas parkeġġ fl-Universita’, dan ma jistax isir.
//= $special ?>
