Lokali

Imut l-attur Benny Casha

Tħabbret il-mewt ta’ Benny Casha magħruf fil-qasam tad-drama.

L-attur ta’ 48 sena kien ukoll involut fi produzzjonijiet tat-televiżjonijiet lokali kif ukoll id-Direttur tal-Kumpanija Bronk.

Preżentament kien iservi bħala l-Viċi President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali u Viċi President ta’ Senglea Athletic

Għal xi żmien, serva wkoll bħala President tal-Klabb tal-futbol tas-Senglea Athletic kif ukoll tal-boċċi u tar-regatta tal-istess lokalita’.