Il-Pulizija għaddejja bi tfitxxija ta’ raġel wara li wettaq hold-up fi stabbiliment f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-15.00hrs fi Triq San Duminku hekk kif is-suspettat daħal f’ħanut tal-ħelu mgħammad u armat b’sikkina fejn talab il-flus lill-kaxxiera ta’ 19-il sena.
Filwaqt li r-raġel ħarab minn fuq il-post bi flus kontanti – fortuntament ma ndarab ħadd fl-inċident.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Charmaine Galea.
//= $special ?>

